Qedna li l-ħolm jaf isir realtà Jien min jien u x’nista’ nsir? Ħolma ħlomt li fiha rajt ġejjien Żernieq ġdid għalina lkoll Bi tbissim u qalb li taf tħoss u tgħin għax taf tħobb X’ħajja rrid ngħix u nkanta
Din il-ħolma rrid li f’ħajti nara li tirnexxi U l-ħolma sseħħ tassew Din il-ħolma ssir jekk jiena nibqa’ nemmen fiha Ngħixha bħala ħolma msaħħra, bħal stilla ġdida nkun
Tir il-fuq bħall-gawwija fuq l-ilmiet U fuq wiċċek jiddi dawl ix-xemx Nemmen fik, ara dak li trid u b’qalbek kollha Tibda miexja l-quddiem u ngħidu
Din il-ħolma rrid li f’ħajti nara li tirnexxi U l-ħolma sseħħ tassew Din il-ħolma ssir jekk jiena nibqa nemmen fiha U m’hemm xejn li se jwaqqafni milli nilħaq dan l-għan
Din il-ħolma rrid biex niksibha inżomm sod Naħdem bil-ħsieb għax jiena rrid illi tirnexxi, u l-ħolma ssir